We use cookies to give you a better experience on our website. Learn more about how we use cookies and how you can select your preferences.
Għandek bżonn l-għajnuna biex tifhem il-business.gov.au fil-lingwa tiegħek?
Jekk ma tistax issib it-tagħrif li qed tfittex fil-lingwa tiegħek, il-links li ġejjin jistgħu jgħinuk tikkuntattja s-servizz li għandek bżonn.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Traduzzjoni u l-Interpretar (Translating and Interpreting Service (TIS) National)
It-TIS Nazzjonali mid-Dipartiment tal-Immigrazzjoni u tal-Protezzjoni tal-Fruntiera (Department of Immigration and Border Protection (DIBP)) jipprovdi interpreti permezz tat-telefown 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Int tista’ tuża das-servizz minn kwalunkwe parti fl-Awstralja u tħallas biss daqs telefonata lokali fuq 13 14 50.
Awtorità Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni għat-Tradutturi u għall-Interpreti (National Accreditation Authority for Translators and Interpreters (NAATI))
Biex issib traduttur jew interpretu li ġie akkreditatt jew rikonoxxut minn NAATI, int tista’:
- tfittex fuq id-Direttorju Onljan
- iċċempel lil NAATI fuq 1300 557 470 (fl-Awstralja biss).
Paġni Sofor (Yellow Pages)
Int tista’ ssib tradutturi u interpreti fil-Paġni s-Sofor billi tfittex għall-“Interpreti” jew “Tradutturi”.
Tagħrif f’lingwi oħra tad-Dipartiment tas-Servizzi Umani (Services Australia)
Id-Dipartiment tas-Servizzi Umani (Services Australia) jipprovdi traduzzjonijiet ta’ ħafna pubblikazzjonijiet tagħhom onlajn, inkluż tagħrif:
- għall-immigranti li għadhom kif waslu
- għall-ħaddiema part-tajm u każwali
- dwar il-ftehmiet tas-sigurtà soċjali bejn l-Awstralja u pajjiżi varji
- dwar pagamenti u servizzi
Servizzi ta’ interpretu u tat-traduzzjoni tad-Dipartiment tas-Servizzi Umani (Services Australia)
Id-Dipartiment tas-Servizzi Umani (Services Australia) jipprovdi servizzi bla ħlas tal-interpretu u tat-traduzzjoni biex jgħinek b’mod konfidenzjali tapplika għall-pagamenti u għas-servizzi.
Dipartiment tal-Immigrazzjoni u tal-Protezzjoni tal-Fruntiera (Department of Immigration and Border Protection (DIBP))
Id-DIBP għandu lista ta’ riżorsi tradotti b’pariri għall-immigranti ġodda u persuni interessati li jiksbu viżi.
It-Tagħrif f’lingwi oħra tal-Uffiċċju Awstraljan tat-Taxxa (The Australian Taxation Office (ATO))
L-ATO jipprovdi pubblikazzjonijiet onlajn biex jgħinek tifhem it-taxxa fl-Awstralja. Hemm verżjonijiet bl-Għarbi, bl-Assirjan, bl-Awżlan, bil-Burmiż, biċ-Ċiniż, bil-Kroat, bid-Dari, bid-Dinka, bil-Farsi, bil-Grieg, bil-Ħindi, bl-Indoneżjan, bit-Taljan, bil-Ġappuniż, bil-Karen, bil-Khmer, bil-Korejan, bil-Maċedonjan, bir-Russu, bis-Serb, bis-Somali, bl-iSpanjol, bit-Thai, bit-Tork u bil-Vjetnamiż.